Issa ċ-ċans!

Għal malta ġusta, moderna
B’Saħħitha u sabiħa

Issa ċ-ċans!

Bil-Malti

Għeżież…

Nemmen li resqin lejn jum fejn Malta se titwieled mill-ġdid.

Riesaq lejna mument ta’ ħlas, li se jġib bidla kbira liema bħalha li n-nies ta’ dan il-pajjiż ilhom wisq ma jesperjenzaw.

L-istudenti, il-ħaddiema, l-imprendituri, il-familji, l-anzjani… ilkoll fehmu li l-qirda ambjentali, il-kaos fil-komunitajiet tagħna, il-kriżi fis-saħħa mentali ma jiġux mix-xejn.

Hija sistema politika, antika, għajjiena u ineffiċjenti li qed tipproduċi dawn ir-riżultati diżastrużi.

U għalhekk dan il-mument joffri l-opportunità għal bidu ġdid.

Issa ċ-ċans li nibnu mis-sisien klassi politika ħielsa, kompetenti u onesta.

Fis-snin li ġejjin pajjiżna se jkun qed attivament jinnegozja l-pakkett ta’ fondi li se jirċievi mill-Unjoni Ewropea. Flus kbar li għandhom impatt dirett fuq id-direzzjoni li se nieħdu flimkien bħala pajjiż fis-snin li ġejjin. Impatt dirett fuq il-bqija ta’ ħajtek u ta’ ħajjitna lkoll.

L-aħħar fond li Malta rċeviet kien ta’ 1.3 biljun ewro. Il-politiċi tagħna dakinhar għażlu li jberbqu nofs dak il-pakkett fuq sistema ta’ toroq li ma sarrfet f’ebda benefiċċju għaċ-ċittadin.

L-edukazzjoni, l-ambjent, l-innovazzjoni tan-negozji tagħna, it-tisbiħ tal-irħula Maltin, twarrbu kollha mal-ġenb, biex jagħmlu l-wisa’ għat-tqaċċit tas-siġar u l-konkos griż.

Il-missjoni tiegħi fi Brussell ser tiffoka fuq il-bżonn li tinbena ekonomija li tagħti skop liż-żgħażagħ tagħna u li ssebbaħ dan il-pajjiż, fuq sistema ta’ trasport effiċjenti u nadifa li ma tipprivileġġjax il-karozzi fuq kollox, u fuq il-bżonn ta’ governanza serja li tagħmel ġieħ lil dan il-pajjiż li tant stinka biex inħeles u sab postu mal-ġnus demokratiċi Ewropej.

U filwaqt li ħafna mill-politiċi jkomplu jinsistu li jkunu pikużi bħat-tfal, il-poplu Malti jkompli juri biċ-ċar li qed isir dejjem aktar matur.

Neħodkom lura għal nhar it-Tnejn is-17 ta’ Lulju tas-sena l-oħra. Fil-pjazza ta’ quddiem Kastilja inġbarna eluf ta’ Maltin wara Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia, biex juru kemm dan il-pajjiż kapaċi jħobb. U kemm il-mibegħda li titnissel mit-tribaliżmu kien sar iż-żmien li ddabbar ’l hemm.

Huwa minnu li f’dan il-mument il-pajjiż għaddej minn żmien mudlam, iżda fuq ix-xefaq qed tgħolli rasha x-xemx.

Bil-parteċipazzjoni tiegħek, it-8 ta’ Ġunju se jimmarka jum storiku fil-mixja ta’ dan il-pajjiż, dejjem jekk int tiddeċiedi li taqbad il-pinna, biex permezz tal-vot tiegħek, tkun ko-awtur f’dan il-kapitlu ġdid ta’ bidla epokali.

Kun int, flimkien ma’ eluf oħra ta’ ħutek Maltin, il-protagonist li tieħu l-kmand ta’ dan il-pajjiż u tmexxih lejn futur isbaħ għalik u għal kull min tħobb.

Inħeġġek tivvota għalija, Arnold Cassola. U jien inwegħdek li se nsarraf il-fiduċja tiegħek f’ħidma bla waqfien biex dan il-pajjiż jieħu s-sura moderna tiegħu, u jkun tassew meqjus fost l-aktar stilel brillanti fl-Unjoni Ewropea.

Nhar is-Sibt li ġej oħorġu b’ħġarkom u b’konvinzjoni vvutaw, ikkonvinċu lil ħaddieħor jagħmel l-istess. Ma nitilfux dan il-mument.

Issa ċ-ċans!

In English

Friends…

I believe that the day is approaching where Malta will be reborn. 

We have reached a moment of deliverance that will bring about the significant change the people of this country have long awaited.

Students, workers, entrepreneurs, families, older people… all have understood that environmental destruction, chaos in our communities, the mental health crisis, do not come from nowhere.

An old, tired and inefficient political system is what’s producing these disastrous results. 

And so this moment offers the opportunity for a new start. 

Now’s the chance to build from the ground  a free, competent and honest political class. 

In the coming years our country will be actively negotiating the package of funds it will receive from the European Union. Big money that has a direct impact on the direction we will take together as a country in the coming years. A direct impact on the rest of your life and our lives. 

Malta’s last fund was EUR 1.3 billion. Our politicians then chose to waste half of that package on a road system that has not translated into any benefit to the citizen. 

Education, the environment, innovation of our businesses, embellishing Maltese villages, were all set aside, to make way for felled trees and grey concrete. 

My mission in Brussels will focus on the need to build an economy that gives hope and purpose to our young people, a beautiful country, an efficient and clean transport system that does not privilege cars above all, and serious governance that pays tribute to this country which has strived so much for its freedom and to find its rightful place within European democracies.

And while many politicians continue to insist on childlike pettiness, the Maltese people continue to show that they are becoming more and more mature. 

I take you back on Monday 17 July last year. At Castille Square, we gathered in our thousands after Isabelle Bonnici, Jean Paul Sofia’s mother, to show this country is capable of love. And how the time had come to get rid of the hatred borne out of political tribalism. 

It is true that at this moment the country is going through a dark time, but the sun is rising over the horizon.

With your participation, the 8th of June will mark a historic day in the course of this country’s history, provided you decide to put pen to the ballot, so that you will be the co-author through your vote of this new chapter of epochal change. 

Along with many other thousands of your fellow Maltese, be the protagonist that directs the country towards a better future for you and your loved ones.

I encourage you to vote for me, Arnold Cassola. And I promise I will translate your trust into relentless work to bring this country to its deserved modernity, and to be truly considered one of the shining stars of the European Union. 

This Saturday, get out the vote and vote with conviction, convince other people to do the same. Don’t miss out.

Now’s the chance!

www.arnoldcassola.eu